Fi Zurich saret is-serata ta’ premjazzjoni fejn tħabbru l-aqwa protagonisti għas-sena 2020 . F’dik li hija magħrufa bħala ‘The Best’ il-protagonista ewlieni kien l-attakkant ta’ Bayern Munich u l-Polonja Robert Lewandowski magħżul bħala l-aqwa player tal-FIFA għas-sena 2020.

Il-kategorija għall-Aqwa Plejer Mara intrebħet mid-difensur tat-team nazzjonali tal-Ingilterra Lucy Bronze.

Matul l-istess serata ta’ premjazzjoni tħabbar li l-Aqwa Tim tal-irġiel tal-FIFA huwa magħmul minn Alisson Bekker, Trent Alexander-Arnold, Virgil Van Dijk, Sergio Ramos, Alfonso Davies, Joshua Kimmich, Kevin De Bruyne, Thiago Alcantara, Lionel Messi, Robert Lewandowski, u Cristiano Ronaldo.
Fost unuri oħra Jurgen Klopp ta’ Liverpool ingħażel bħala l-aqwa kowċ tal-irġiel u Sarina Wiegman kowċ tat-team nazzjonali tal-Olanda tan-nisa bħala l-aqwa kowċ mara .

L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur Son Heung-min rebaħ il-Premju Ferenc Puskas li jingħata għall-isbaħ goal skurjat matul l-istaġun 2019-2020.
https://www.youtube.com/watch?v=IwH4KReJ4KE
Manuel Neuer ta’ Bayern Munich u l-Ġermanja rebaħ il-kategorija tal-aqwa goalkeeper raġel filwaqt li Sarah Bouhaddi ta’ Lyon ingħażlet bħala l-aqwa goalkeeper mara.
