Bdew jitfaċċaw l-ewwel intoppi biex jingħata l-vaċċin fir-Renju Unit hekk kif il-proċess mistenni jitwal aktar milli mistenni.
Tobba u uffiċjali tas-saħħa qed iwissu li diffikultajiet fil-ġbir ta’ data jista’ jwassal għal dewmien fil-proċess.
Ġimgħa wara li bdew jingħataw l-ewwel tilqimiet fir-Renju Unit, tobba qed jgħidu li qed jikollhom jiġbru d-data huma manwalment wara li s-software li qed jintuża għal dan il-għan kien qed jagħti l-problemi.
Uffiċjali jridu jżommu rekord ta’ min qed jieħu l-vaċċin.
Kelliem tas-saħħa qal li s-sistema tal-IT magħrufa bħala Pinnacle qegħda teħel kontinwament u għaldaqstant it-tobba jridu jużaw karta u lapes biex jiktbu d-dettalji li mbagħad jiddaħħlu fis-sistema aktar tard.
L-istess kelliem qal li din il-problemi tispjega għalfejn il-Gvern kellu diffikultà biex jippubblika ċifri dwar kemm kienu dawk li kienu ħadu l-vaċċin sal-bieraħ filgħodu.
//= $special ?>