Fi Bramall Lane, Machester United kisbu rebħa ta’ 3-2. Wara biss ħames minuti, Sheffield fetħu l-iskor fuq żball tal-goalkeeper ta’ Manchester United Dean Henderson minn xutt ta’ DAVID MCGOLDRICK. Pressjoni minn Manchester United li fis-26 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Azzjoni minn Victor Lindeloef b’MARCUS RASHFORD jgħeleb lil Aaron Ramsdale. Tmien minuti wara, Manchester marru fil-vantaġġ permezz ta’ ANTHONY MARTIAL. Fil-51 minuta kien MARCUS RASHFORD li minn azzjoni ta’ Martial għeleb mill-ġdid lil Ramsdale u għalaq il-partita. Fis-87 minuta Sheffield naqqsu l-iskor permezz ta’ DAVID MCGOLDRICK sabiex wara dan ir-riżultat filwaqt li Sheffield baqgħu fl-aħħar post b’punt minn 13 il-partita, Manchester United telgħu fis-sitt post bi 23 punt daqs Everton.
Aston Villa u Burnley temmew fi draw ta’ 0-0, liema riżultat serva l-aktar lil Burnley li bil-punt miksub , b’għaxar punti minn 12 il-partita telgħu fis-17 il-post fil-klassifika, punt aktar minn Fulham. Aston Villa telgħu fil-ħdax il-post b’19 il-punt minn ħdax il-partita.
PREMIER LEAGUE
It-Tlieta: Wolves v Chelsea 2-1, Man City v WBA 1-1 Ilbieraħ: Arsenal v Southampton 1-1, Leeds v Newcastle 5-2, Leicester v Everton 0-2, Fulham v Brighton 0-0, Liverpool v Tottenham 2-1, West Ham v C. Palace 1-1 Illum: Aston Villa v Burnley 0-0, Sheff. Utd v Man Utd 2-3