Futbol Sport

Rebħa komda għal Roma

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico, Roma kisbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Torino f’partita ddominata minn Roma wara li Torino spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara kwarta logħob meta tkeċċa Wilfried Singo għal żewġ karti sofor.

Roma approfittaw u fetħu l-iskor fis-27 minuta permezz ta’ HENRIKH MKHITARYAN. Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, it-tim ta’ Paulo Fonseco rdoppja permezz ta’ penalty skorjat minn JORDAN VERETOUT. Roma skorjaw it-tielet gowl fit-68 minuta permezz ta’ LORENZO PELLEGRINI wara li rċieva pass tajja ta’ Mayoral. Torino naqqsu l-iskor fit-73 minuta permezz ta’ ANDREA BELOTTI.

SERIE A
It-Tlieta
: Udinese v Crotone 0-0, Benevento v Lazio 1-1 Ilbieraħ: Juventus v Atalanta 1-1, Fiorentina v Sassuolo 1-1, Genoa v Milan 2-2, Verona v Sampdoria 1-2, Inter v Napoli 1-0, Parma v Cagliari 0-0, Spezia v Bologna 2-2 Illum: Roma v Torino 3-1