Lokali Mużika

Red Electrick flimkien ma’ Luke Chappell b’kanzunetta tal-Milied

Christmas Time With You. Din hija l-kanzunetta ġdida tal-Milied mnedijja mill-band lokali Red Electrick b’kollaborazzjoni mal-kantant Luke Chappell.

L-artisti saħqu li preżentament ninsabu għaddejjin minn żmien partikolari bit-talent lokali jibqa’ jipproduċi u joħloq produzzjonijiet li għad-differenza ta’ din il-pandemija, dawn ser jibqgħu jidwu tul is-snin.

Huwa saħqu li din il-kanzunetta hija biss waħda mill-proġetti li qed jikkollaboraw fuqhom – bi Christmas Time With You tiġi deskritta bħala waħda li twassal melodija mill-isbaħ u lirika profonda, akkumpanjati mill-vuċijiet ta’ Joe Roscoe u Luke Chappell.