Raġel ta’ 36 sena li joqgħod il-Belt Valletta, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura medika wara li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħfi Triq Sant Andrija tard filgħodu, bil-Pulizija jissejħu fil-post għall-ħabta tal-11.20am.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, kien qiegħed isuq mutur Honda, meta għl xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>