Lokali Qorti

Sitt snin u nofs ħabs fuq serq ta’ għodod u li sar reċidiv

Raġel ta’ 35 sena ġie kundannat sitt snin u nofs ħabs mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wara li ammetta li wettaq diversi serqiet u li sar reċidiv.

Simon Borg minn Ħaż-Żebbuġ ammetta li seraq vettura, serq ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni u li uża l-istess vettura biex iwettaq numru ta’ serqiet li kienu jinkludi diversi għodod. Huwa kien qed jiġi mixli b’14-il akkuża.

Borg kiser ukoll il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja. L-Ispettur Elton Taliana spjega li l-Pulizija kienet qed tfittex karozza li kienet misruqa u li kienet qed tintuża f’numru ta’ serqiet fost oħrajn, f’Birkirkara, f’Ħal Qormi u f’Ħaż-Żebbuġ. Borg għandu passat ta’ serq u ilu għaddej f’din il-ħajja.

Fost waħda mis-serqiet kienu sabuh fil-pussess ta’ karozza Toyota meta nqabad fil-ħin li suppost kellu jkun id-dar skont il-ħelsien mill-arrest u l-ordni tal-probation li kienu inħarġu minn Qrati oħra.

Il-Pulizija qalu li meta nqabad kienu sabu wkoll għodod diversi li jintużaw għal skopijiet ta’ serq, kif ukoll ħwejjeġ relatati. Borg kien qed jiġi mixli b’14-il akkuża fosthom irrigwarda serq li seħħ fis-7 ta’ Novembru, 2017, ta’ bandsaw minn sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dun Karm Pirotta, B’Kara

Is-sit kien tħalla normali fil-jum ta’ qabel u meta rritornaw is-sidien u l-għada, u l-bandsaw kienet fis-sular ta’ fuq ma nstabitx. Biex insterqet l-għodda infetah ħajt ta’ erba’ filati, peress li kellha tinħareġ minn hemm,

Minn hawn tellgħu l-magna għall-parkeġġ li jinsab hdejn il-Vodafone, fejn kienu għamlu xi travetti tal-injam fuq xulxin sabiex jistgħu itellghu din il-magna.

Minn cctv footage fil-qrib dehret vettura dieħla fil-parkeġġ ta’ fuq is-sit ta’ kostruzzjoni fis-u damet hemm għal sigħat. Dawn ir-ritratti li fihom tihder it-Toyota b’oġġett goff fuq wara.

Il-vittma spjega kif fit-8 ta’ Novembru, 2017, mar għax-xogħol fuq is-sit fil-By-Pass ta’ Bikkirkara u ma sabx il-magna li taqta’ l-bricks taż-żewġ lupi. Kien ħallieha hemm u poġġiha f’kamra iżda nqalgħu xi ħitan biex ħarġuha, saret l-ħsara u ma sabiex hemm.

Xi ġirien qalu li fis-6.15pm lejliet li nsterqet, kienu raw nies b’Toyota Ractis, jipparkjaw quddiem is-sit u niżlu b’torches u ghamlu madwar siegħa u nofs dieħlin u ħergin bit-torches, u wara ftit rawhom ħerġin bil-magna li ġiet mgħobbija nofha ġewwa u n-nofs l-ieħor fuq it-tyres għax ma daħlietx kollha fit-Toyota.

Wara appell li għamel fuq Facebook biex tintsab il-magna li kienet l-għixien tiegħu, l-vittma rċieva ritratt tat-Toyota Ractis mgħobbija bil-magna għaddejja fejn il-mina ta’ Santa Venera.

Irċieva informazzjoni minn persuna li xtaq jibqa’ anonimu, li l-imputat kien imur għax-xogħol miegħu propju b’dik il-vettura, li fiha ra mgħobbija l-magna se taqa’ u ma taqax minn fuq wara, u jsemmi li l-vettura kienet qed tinstaq mill-imputat bla numri.

Dik l-informazzjoni mbgħad ghaddiha lill-Pulizija.Il-magna għarafha bħala tiegħu peress li kien nhu li għamilha switches “hija maghmulha kwazi kollha minni” qal il-viitma, ghaliex għamel numru ta’ modifications fuqha.

L-Ispettur Elton Taliana spjega l-investigazzjonijiet kondotti mill-Pulizija fir-rigward tas-serqa u meta Borg ġie arrestat instabu ħafna għodod fil-vettura misjuqa minnu. Mill-investigazzjoni rriżulta li kien seħħ sgass ukoll f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal-Qormi minn fejn insterqu numru ta’ għodod.

Bieb tal-ħadid ġie sgassat biex il-ħallelin gwadanjaw l-aċċess għall-fond u fis-sular ta’ fuq, gie sgassat bieb ieħor maqful b’katnazz li gie mqaċċat.
Kaxxa tal-ħadid maqfula b’katnazz ukoll ġiet sgassata biex minnha ttieħdu xi għodda. L-istess is-serqa saret permezz ta’ karozza Toyota Fun Cargo/Ractis, li dehret tipparkja quddiem is-sit ta’ kostruzzjoni għall-habta tal-4.30am minn fejn niżlu żewġ persuni, u ħalliet il-post fil-5.52am. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Elton Taliana u Kylie Borg.