Mara ta’ 83 sena u oħra ta’ 93 sena huma l-aħħar żewġ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Dawn iż-żewġ imwiet itella’ n-numru tal-vittmi f’Malta għal 182.
Il-mara ta’ 83 sena kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru u mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Facility.
Il-mara l-oħra ta’ 93 sena ukoll kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-24 ta’ Novembru, u bħall-vittma l-oħra mietet ilbieraħ, iżda din id-darba fl-Isptar St Thomas.
//= $special ?>