“Hemm allegazzjoni fuq Keith Schembri u dan tħalla bil-police bail u mhuwiex arrestat filwaqt li koppja li għadhom qegħdin jiġu nvestigati fuq ħasil ta’ flus tressqu l-Qorti u nżammu arrestati. Dan kollu qed isir minħabba l-moneyval.”
Dan qalu l-Avukat Joe Giglio meta kien qed jitratta dwar il-ħelsien mill-arrest li ngħata mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li kif għamlet f’każ ieħor fil-Qorti ma kienet kuntenta xejn dwar kif saret l-investigazzjoni fil-konfront tal-koppja Gordon Debono u martu Yvette li jinsabu akkużati fuq ħasil ta’ flus.
Fid-digriet tagħha dwar il-ħelsien mill-arrest il-Maġistrat hija talbet għall-provi konkreti u qalet li ma tistgħux tkunu għadhom għaddejjin bl-investigazzjoni, tarrestaw in-nies u tippretendu li jibqgħu arrestati għax m’għankomx l-underlying criminal activity li għamel Gordon u Yvette minkejja li tressqu b’ħasil ta’ flus.
Dr. Giglio kien urtat ħafna bis-sitwazzjoni u qal li qed isiru arresti bl-addoċċ għall-wiċċ il-moneyval żgur. Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha f’digriet li hija tagħat qalet li meta l-investigazzjoni tkun waħda attiva, ma jistax wieħed iħalli l-persuni arrestati.
Il-koppja suspettata milxlija fuq ħasil ta’ miljuni ta’ ewro ingħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €50,000 u garanzija personali ta’ €150,000 kull wieħed.
Gordon Debono u martu Yvette qattgħu l-aħħar tliet ġimgħat taħt kustodja preventiva u qegħdin iwieġbu mhux ħatja dwar l-arrest tagħhom fil-25 ta’ Novembru. Għal mara qed jidher l-Avukat Giglio filwaqt li għar-raġel qed jidher l-Avukat Roberto Montalto.
//= $special ?>