Michel Barnier, li qed imexxi n-negozjati tal-Unjoni Ewropea fis-sitwazzjoni ta’ Brexit, qal li ‘fadal biss sigħat’ għal qbil mar-Renju Unit dwar ftehim kummerċjali ladarba l-Britanniċi jtemmu uffiċjalment l-isħubija fil-grupp ta’ pajjiżi. Barnier, li kien qed jitkellem fil-Parlament Ewropew, tenna li ‘wasal il-mument tal-verità’ għaż-żewġ naħat u li jħoll u jorbot għal ftehim potenzjali.
Skont Barnier, l-opportunità għadha hemm, iżda ċ-ċansijiet qed jonqsu ma kull siegħa li tgħaddi. Dan meta ma feġġ l-ebda żvilupp notevoli waqt li t-taħditiet dwar Brexit li kienu qed ikomplu fi Brussell.
Il-Prim Ministru Britanniku, Boris Johnson qal li pajjiżu ‘lest biex ikompli jiddiskuti’ iżda ammetta li ‘it-triq lejn ftehim kien qed jidher aktar diffiċli’.
//= $special ?>