Madwar 38 miljun persuna fl-Ingilterra, minn għada se jkunu suġġetti għall-aktar miżuri ta’ emerġenza stretti li jaqgħu taħt ‘livell tlieta’ (Tier Three). Dan ifisser li l-movimenti tan-nies f’numru ta’ bliet prinċipali se jkun limitat għall-aħħar, u meta jonqos anqas mill-ġimgħa għal Jum il-Milied.
Ir-Renju Unit – bħall-pajjiżi kollha tal-Ewropa u l-kumplament tad-dinja – qed jagħmel li jista’ biex jevita ‘spike’ ġdid allarmanti ta’ każi fatali bil-Covid-19 fir-reġjuni partikulari.
Intant, u filwaqt li n-nies qegħdin jikkooperaw fil-parti kbira, hemm ukoll kritika qawwija għal ‘strateġiji mfasslin bl-għaġġla’ għal kontra l-coronavirus u meta hemm ukoll il-ħsieb li r-restrizzjonijiet mhumiex qed ikunu effettivi daqskemm ħasbu l-awtoritajiet.
Il-Ministri, fl-istess ħin, iddefendew il-pjani biex, wara l-Milied, ħafna studenti jirritornaw l-iskola fl-Ingilterra u f’Wales.
Il-pjan hu li dan isir permezz ta’ sistema gradwali – iżda l-għalliema qed jgħidu li l-aħbar ‘waslet tard wisq għal kulħadd. Dan meta l-pjan jesiġi biex l-iskejjel iwaqqfu skemi ta’ protezzjoni magħrufa bħala Covid testing schemes.
Sadanittant, l-Irlanda ta’ Fuq ħabbret lockdown ġdid, effettiv għal sitt ġimgħat, u li se jibda jkun implimentat mis-26 ta’ Diċembru.
Dan wara li Wales diġà ħabbar lockdown ta’ tliet ġimgħat li jibda mit-28 ta’ Diċembru u bl-Iskozja qed tikkunsidra restrizzjonijiet aktar riġidi mill-miżuri tas-sigurtà attwali.
Fl-Istati Uniti, il-vaċċin tal-kumpanija Moderna, fl-aħħar sigħat, kien eqreb l-approvazzjoni ta’ emerġenza wara li ‘aċċettah’ panel ta’ esperti. It-Tmexxija tal-Food and Drug Administration (FDA) qalet li se tieħu l-passi rapidi biex tawtorizza dan il-vaċċin u li jippermettu għat-trasport u ċirkulazzjoni ta’ miljuni ta’ dożi.
L-Istati Uniti bla dubju hi l-aktar pajjiż tad-dinja li rreġistra infezzjonijiet u imwiet mill-Covid-19 u l-President Amerikan-elett, Joe Biden, qed jippjana t-tisħiħ tal-istrateġiji għall-kontroll tal-virus għall-jiem u l-ġimgħat li jmiss u meta hu qed jistenna biex, fl-20 ta’ Jannar, jingħata l-ġurament bħala s-46 President tal-Istati Uniti.
L-aħħar studju dwar il-Covid-19 fi Franza qal li din il-marda kienet ‘tliet darbiet aktar fatali’ għall-pazjenti fl-isptarijiet mill-influwenza staġjonali.
Il-Ġermanja – li tinsab taħt lockdown – rappurtat rekord ta’ 33,777 infezzjoni bil-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa u 813 mewta ġdida. Dan waqt li r-Russja reġistrat 611 mewta mill-Covid-19 skont iċ-ċifri tal-‘aħħar ġurnata’.
Fi żviluppi oħra, l-Aġenzija tal-Mediċini tal-Ewropa (EMA) għandha tiddeċiedi jekk tapprovax il-vaċċin tal-Moderna fis-6 ta’ Jannar minflok fit-12-il jum tax-xahar,
//= $special ?>