Lokali

Ġrajjet il-Fidwa fil-Milied 2020 – wirja tal-presepji fil-Fgura

L-organzzaturi tal-Wirja Ġrajjet il-Fidwa li qed jippreżentaw wirja għaż-żmien tal-festi tal-Milied u li ġġib l-isem ta’ Ġrajjet il-Fidwa fil-Milied 2020, Milied b’ differenza minħabba ċ-ċirkustanzi li għaddejin minnhom bħalissa.

L-isem Ġrajjet il-Fidwa huwa sinonomu mal-festi tal-Ġimgha Mqaddsa, fejn kif bosta dilettanti  jafu, il-Wirja Ġrajjet il-Fidwa ilha titella’ għall-iktar minn għoxrin sena. Din is-sena għall-ewwel darba qed tiġi mtella’ wirja fi żmien il-Milied, liema wirja ser tkun tifkira tal-festi tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Sabiex infakkru dan, din il-wirja ngħatat tema li hija “L-iben ta’ Alla sar bniedem”.

Il-ftuħ ta’ din il-wirja sar nhar l-1 ta’ Diċembru u qed tittella’ fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Fgura. Dan jinsab fi Triq Hompesch u ser tibqa’ miftuħa sal-aħħar tas-sena. Matul il-ġimgħa tiftaħ mit-8.00am sal-4.00pm u s-Sibtijiet mit-8.00am sal-11.00am.

Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-profil tal-istess wirja fuq facebook li jġib l-isem ta’ Ġrajjet il-Fidwa