Il-kumpanija rinomata Muscat Motors qed tilqa’ lura f’pajiżna lid-ditta MG, bl-introduzzjoni tal-karozza MG ZS EV.
It-tnedija ta’ din il-karozza saret il-Ġimgħa filgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Belt Valletta.
Din id-ditta qed toffri karozza li ma thalli ebda emmissjonijiet, ghaliex taħdem bl-elettriku.
Din il-karozza, apparti li hija deskritta bhala wahda ideali għall-familja kollha, toffri l-aħħar avvanzi fit-teknoloġija.
L-MG ZS EV għandha rating ta’ ħames stilel mill-aġenzija dinjija ewlenija tas-sigurtà fit-toroq, il-Euro NCAP.
Din il-karozza preżentament hija l-iktar vettura ekonomika mgħammra bl-aħħar tekonoliġija fis-suq.
//= $special ?>
