Illejla, il-Ġimgħa fid-9:30pm fuq Net Television, se jkun qed jixxandar l-aħħar programm ‘Replay Preview’ għal din is-sena, qabel il-waqfa ta’ ġimgħatejn sabiex imbgħad dan il-programm jerġa’ jirritorna minn nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2021. F’xandira oħra mir-restorant tant popolari mal-Maltin, Il-Veduta li jinsab fis-Saqqajja, f’Replay Preview tal-lejla se nkunu qed insegwu dak li ġara fl-ewwel konfront mit-13-il ġurnata tal-Kampjonat Premier, u li jintlagħab illum, bejn Lija Athletic u Valletta.
Madankollu bejn għada s-Sibt u nhar il-Ħadd li ġej, se jkun hemm sitt partiti oħra skedati mill-Kampjonat Premier, bil-partita bejn Ħamrun Spartans u Floriana se tkun qed tattira l-aktar interess fost id-dilettanti tal-futbol lokali. Fil-programm tal-lejla, se jkun hemm gwida b’servizzi estensivi dwar il-partiti kollha ta’ tmiem il-ġimgħa. Se jixxandru ukoll il-gowls kollha tal-ewwel erba’ partiti li kelna matul din il-ġimgħa, mir-rawnd preliminari tal-FA Trophy, u li ntlagħabu bejn nhar it-Tlieta u l-bieraħ, il-Ħamis.
Fuq talba ġenerali, u kif dejjem sar fl-aħħar programm Replay Preview ta’ Diċembru, illum se nkunu qed insegwu tlieta mill-aktar intervisti popolari li kelna f’din l-iskeda, mir-rubrika tant popolari, ‘X’Sar Minnhom?’.
Replay Preview hu ppreżentant minn Christian Micallef.
//= $special ?>