L-iskwadri nazzjonali ta’ pajjiżna jkomplu jirreġistraw iktar progress. Din id-darba kien imiss lit-tim tal-futbol tan-nisa li jispikkaw fl-aħħar reviżjoni tar-rankings tal-FIFA.
Dan hekk kif it-tim nazzjonali tan-nisa, li għadu ġej minn kisbiet storiċi f’isem Malta fuq livell Ewropew, kien l-iktar wieħed li tejjeb il-pożizzjoni tiegħu mill-pajjiżi kollha fid-dinja. Dan wara rebħiet storiċi barra minn darhom kontra l-Ġorġja u l-Iżrajel.
It-tfajliet Maltin kisbu l-ikbar ammont ta’ punti, dak ta’ 37, fl-aħħar reviżjoni tar-rankings bil-konsegwenza li Malta kien l-iktar pajjiż li kiseb punti.
Flimkien mal-Kosovo, pajjiżna kien ukoll l-iktar pajjiż li avvanza fir-rankings, b’titjib ta’ 16-il post, bir-riżultat li issa t-tim nazzjonali Malti tan-nisa jinsab fil-85 post.
Minn seba’ logħbiet fl-2020, Malta rebħet tlieta, 2-1 u 4-0 kontra l-Ġorġja, u 2-0 kontra L-Iżrajel, filwaqt li kellhom draw ma’ l-Iżvizzera. Mill-banda l-oħra, huma sofrew żewg telfiet biss, 2-1 mat-Turkija u 8-0 mal-qawwa tad-Danimarka.
//= $special ?>