Magħrufin sew għall-uniċità tal-kunċert annwali tal-Milied tagħhom, Schola Cantorum Jubilate se jkunu qed jerġgħu jittrasformaw r-repertorju tradizzjonali tal-Milied, din id-darba f’kunċert virtwali bla ħlas li jħares is-saħħa ta’ kulħadd: Song Reborn.
Permezz tal-aħħar teknoloġija awdjo-viżiva, 3D mapping u repertorju mill-isbaħ, Song Reborn se jirrifletti fuq dak li għaddejjin minnu u joffri tama għal dak li ġej. L-udjenza ser tkun tista’ tgawdi ilkunċert mill-karozza fi Pjazza Santu Wistin, ir-Rabat, Għawdex. Il-kunċert ta’ 45 minuta ser jittella’
darbtejn kull serata nhar it-22, 23, 26, 27, 28, 29 u 30 ta’ Diċembru 2020. L-ewwel kunċert jibda fis18.00 u l-ieħor fit-20.00.
Ir-repertorju jinkludi innijiet tal-Milied popolari u oħrajn inqas magħrufa, kif ukoll numru bil-Malti. Uħud mill-għanjiet ġew irranġati mill-kompożitur residenti tal-kor Paul Portelli u minn Emese Toth. Schola Cantorum Jubilate, l-SCJ Children’s Choir u l-SCJ Teenage Boys Singers se jkunu akkumpanjati
mill-Cordia String Quartet u mill-pjanisti tal-kor stess taħt id-direzzjoni ta’ Marouska Attard. L-attur rinomat Davide Tucci ser ikun ukoll qed jieħu sehem f’din il-produzzjoni. Song Reborn huwa bbażat fuq l-esperjenza tal-komunità, iżda wkoll fuq l-evalwazzjoni personali li ġiet ġġenerata mill-pandemija u t-twelid mill-ġdid tagħna hekk kif kellna nadattaw għal realtà ġdida. Iktar importanti, il-kunċert se jevoka s-sbuħija u l-qawwa tal-mużika u l-abilita’ tagħha li ttaffi l-piż tal-ħajja.
“Is-sena 2020 timmarka l-20 anniversarju tagħna. Il-pjan li kellna għal din is-sena kellu jinbidel minħabba l-pandemija,” spjega Stefan Attard, Leader tal-Kor u Direttur Artistiku ta’ Song Reborn. “Minkejja l-limitazzjonijiet, aħna żammejna kuntatt mal-koristi u anke addatajna għas-sitwazzjoni blużu tat-teknoloġija u morna virtwali. Dan iż-żmien kien ta’ opportunita’ biex stajna nġeddu l-kor u nkomplu ngħollu l-livell professjonali tagħna”.
“Mingħajr dubju, il-pandemija affettwat is-setturi kulturali u kreattivi,” żiedet Marouska Attard, Direttur tal-Kor. Il-posponiment tal- avvenimenti kellu effett kbir fuq l-artisti, kemm ekonomikament kif ukoll emozzjonalment. “Madankollu, kienu innovativi u ħolqu pjattaformi differenti biex jibqgħu jilħqu d-dinja ta’ barra u jżommu l-passjoni tal-arti ħajja. Dan kien il-każ għal Schola Cantorum Jubilate – ma stajniex nieqfu – komplejna nkantaw fil-maltemp.”
Pero’, dispjaċir għal dak li seta’ kien ma jonqosx. Kif innota s-Sur Attard, “Għall-artist, partikolarment korista jew kantant, din mhix is-sitwazzjoni ideali għax il-virtwali qatt mhu se jieħu post is-seher tallive. L-interazzjoni ma udjenza preżenti quddiemek u l-emozzjonijiet waqt kunċert qatt ma jistgħu jiġu sostitwiti bit-teknoloġija. Madankollu, f’dan l-istadju, is-saħħa hija prijorità!”
Biex tkun assigurata s-saħħa ta’ kulħadd, Song Reborn se jkun qed jenforza id-distanza soċjali u jħares id-direttivi kollha tal-Awtorità tas-Saħħa. L-udjenza hija mistiedna tesperjenza l-kunċert fil-kumdità u s-sigurtà tal-karozzi privati, bl-għażla li taqbad direttament ma’ frekwenza radjofonika u tisma’ lmużika minn ġewwa l-karozza stess, filwaqt li tgawdi 3D mapping. Id-dħul għal dan it-teatru miftuħ huwa bla ħlas, pero il-post tal-karozza irid ikun riservat minn qabel. Sabiex jinżamm l-element contactless ġiet mibnija app speċifikament għall-bookings u biljetti.
//= $special ?>

