Inħelsu 18-il sajjied barrani li kienu ilhom jinżammu fil-Libja għal aktar minn tliet xhur. Dan sar possibbli wara żjara li għamel il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, f’Benghazi.
Is-sajjieda, li huma bażati fi Sqallija, kienu spiċċaw arrestati fl-1 ta’ Settembru waqt intervent tal-patrol-boats leali għall-Kap militari Libjan, Khalifa Haftar – u fejn huma kienu akkużati b’li daħlu mingħajr permess fl-ibħra tal-Libjani.
Tmienja fost it-tmintax huma Taljani, b’sitt sajjieda oħra ġejjin mit-Tuneżija u meta l-bqija huma Indoneżjani u Senegaliżi L-Italja ċaħdet għall- ‘infiltrazzjoni illegali’ fl-ibħra, bl-arrest tas-sajjieda jkun każ embarazzanti għal Conte, fost akkużi li hu ma żammx pożizzjoni soda fil-konfront ta’ Haftar.
Mhux ċar jekk il-Ġeneral Libjan irċeviex forma ta’ kumpens għall-ħelsien tal-baħrin.
//= $special ?>