Lokali

Magħqudin fl-isport għall-Istrina

L-għaqda fl-isport biex ngħinu lil min hu fil-bżonn kienet l-idea ta’ attività sportiva li nżammet fl-Iskola tal-Isport ta’ Pembroke.

Matulha, għadd ta’ Deputati u Sindki ngħaqdu ma’ żgħażagħ u sportivi oħrajn lagħbu netball u futsal biex jinġabru fondi b’risq l-Istrina.

L-attività kienet organizzata mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Robert Cutajar, li ma’ NET News faħħar l-impenn tad-Deputati li aċċettaw li jipparteċipaw, filwaqt li rringrazzjahom.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar lill-parteċipanti u sellmilhom għall-impenn tagħhom. Hu qal li hu importanti li naħdmu dejjem fl-aqwa ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, iżda aktar u aktar f’ċirkostanzi bħal dawn, fejn naħsbu f’dawk l-aktar fil-bżonn.

L-attività saret taħt il-patroċinju ta’ mart il-President tar-Repubblika, is-Sinjura Miriam Vella.