Lokali

“Se nibqa’ nikteb dak li nħoss” – Mark Camilleri

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu lill-ġurnalisti wara dak li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa, Mark Camilleri qal li huwa determinat li jkompli jikteb dak li jħoss.

Camilleri qal li lest li joqgħod għall-kundizzjoniiet il-ġodda li għamlet il-Ministru l-ġdida tal-Edukazzjoni Justyne Caruana, basta jibqa’ jkollu l-libertà tal-espressjoni li jesprimi dak li jaħseb.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Ministeru tal-Edukazzjoni talab għar-riżenja l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri wara li uża kliem mhux xieraq fi skambju mqanqal bejnu u Juliette Galea, waħda mill-avukati li qed tirrappreżenta lil Yorgen Fenech.

Camilleri kien ħareġ kontra dak li sejjaħ bħala indħil mill-Gvern li qed jipprova jwaqqaf l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia qabel ma’ tlesti xogħolha u l-Gvern għandu jħalliha tkompli għaddejja ladarba m’għandux x’jaħbi.

Min-naħa tagħha, il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyune Caruana sostniet li l-kundanna tagħha kienet biss fuq il-kliem baxx li ntuża f’dak li kiteb Mark Camilleri, fejn qalet li l-kontenut kien irrelevanti.