Formula 1 Sport

Sergio Perez jiffirma ma’ Red Bull

Is-sewwieq Messikan Sergio Perez iffirma ma’ Red Bull għall-istaġun li jmiss fejn ħa jissieħeb ma’ Max Verstappen. Huwa se jieħu post Alex Albon li temm mill-kuntratt minn ma’ Red Bull. Perez li għandu 30 sena temm il-kampjonat b’rebħa ġewwa Sakhir.

Red Bull ħassew li Albon ma uriex prestazzjonijiet tajbin biżżejjed biex iżomm postu fit-tim wara li ilu 18-il xahar magħhom.

Perez qal li din l’opportunità li jikkompeti ma’ tim li jiġġieled għal kampjonat hija xi ħaga li ilhu jaspira mill-bidu tal-karriera tiegħu.