Lokali

Sigħat twal fit-traffiku

Numru kbir ta’ sewwieqa matul il-jum għamlu kuntatt ma’ Net News biex jilmentaw dwar it-traffiku enormi li nħoloq… kaġun ta’ dak li huma iddeskrivewh bħala “nuqqas ta’ pjanar mill-Ministru Ian Borg”.

Is-sitwazzjoni kienet waħda akuta partikolarment fit-toroq tan-naħa t’isfel ta’ Malta – iż-Żejtun, il-Fgura, Raħal Ġdid, Ħal Luqa u l-Marsa. Dan minħabba xogħlijiet li għaddejjin ta’ malajr f’dawn il-ġranet.

Dan l-istazzjon irċieva wkoll ammont enormi ta’ ilmenti minn negozji u sidien ta’ ħwienet li ntlaqtu direttament minn din is-sitwazzjoni. Fil-fatt jidher li t-traffiku affettwa mhux ftit il-kummerċ f’dawn iz-zoni – fi żmien meta ħafna jkunu qed jiddependu fuq il-bejgħ tal-Milied.

Rapporti oħra jindikaw li anke t-tfal tal-iskola damu sigħat imwaħħlin fit-traffiku qabel waslu lura d-dar. Affetwati anke servizzi ta’ deliveries ta’ pakketti kbar… u anke t-trasport pubbliku fuq ir-rottot kollha tan-naħa t’isfel ta’ Malta.