Aħbar ta’ niket wara li s-Sibt filgħaxija l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa ħabbar li z-ziju tiegħu, Salvino Degabriele, tilef ħajtu kawża tal-Covid-19 fl-età ta’ 70 sena.
David Casa sellem il-memorja ta’ zijuh permezz ta’ kelmtejn fuq il-midja soċjali fejn sostna li sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fi xtutna minn dejjem kellu l-inkwiet fuq moħħu li setgħet tolqot lil xi ħadd qribu.
“Sfortunatament, anke l-familja tiegħi esperjenzat telfa minn din il-marda.”
Salvino ser ikun qed jingħata l-aħħar tislima l-Ħadd, 20 ta’ Diċembru, fl-10 ta’ filgħodu fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.