Erba’ persuni oħra tilfu ħajjithom minħabba l-Coronavirus f’dawn l-aħħar sigħat. In-numru ta’ vittmi issa tela’ għal 187 minn 183 fl-aħħar aġġornament.
Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa. L-Erbgħa vittmi huma: mara ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Mara ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Diċembru, mietet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Mara ta’ 86 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Ottubru, mietet dal-lejl fl-Isptar Mater Dei.
U raġel ta’ 84 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fis-16 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Sadanittant, fl-aħħar 24 siegħa, kien hemm 52 każ ġdid u kien hemm 101 li fiequ. Għaldaqstant, in-numru ta’ każi attivi, meta jitnaqqsu ukoll dawk li sfortunatament tilfu ħajjithom, issa hu ta’ 1,553.
Madanakollu, ta’ min jinnota wkoll li n-numru ta’ swab tests kienu 2,612, kważi 1,000 inqas mit-testijiet li saru lbieraħ.
It-total ta’ każi mill-bidu tal-pandemija issa telgħa għal 11,621. Il-persuni li fiequ sa issa tela’ għal 9,881.
Mill-94 każ ġdid li kienu rappurtati il-Ġimgħa, 20 każ kienu minn membri tal-familja ta’ każi magħrufa, 13, f’kuntatt fuq il-post tax-xogħol ma’ persuni pożittivi, 7 f’kuntatt dirett ma’ persuni li ttestjaw pożittiv u 3 minn attivitajiet soċjali. Dan ifisser li 51 minn dawn il-każi mhux magħruf minn fejn setgħu ħadu il-virus.
//= $special ?>