Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Gvern inkompetenti li ma jikkonsultax għax għalih xejn mhu xejn – PN

Il-Partit Nazzjonalista juri solidarjeta’ ma’ numru ta’ bdiewa li għandhom l-art tagħhom mhedda minħabba proġett ta’ flyover fl-inħawi tal-Imrieħel. Dawn il-bdiewa ma ġewx ikkonsultati fit-tfassil tal-proġett.

Dan sostenewh il-Kelliema għall-Oppożizzjoni Toni Bezzina u Edwin Vassallo fejn saħqu li din hija l-inkompetenza tal-Gvern ta’ Robert Abela li ma jikkonsultax ma min se jintlaqat l-aktar bil-proġett. Din mhix l-ewwel darba li Infrastructure Malta, li hija responsabbilta’ politika tal-Minsitru Ian Borg, tippjana  proġetti ta’  ftuħ ta’ toroq bla konsultazzjoni ma’ ħadd. Ir-residenti u l-Kunsilli Lokali ma jistgħux jibqgħu jiġu injorati fl-ippjanar tal-proġetti infrastrutturali ta’ pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex minnufih jikkonsulta qabel ma jkompli b’dan il-proġett.