Is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart qed tkompli tiggrava, hekk kif issa qed jidher dejjem aktar ċar li l-Gvern m’għandux kontroll tas-sitwazzjoni.
Minkejja l-kliem sabiħ mill-Gvern u skemi għas-snin li ġejjin, is-sitwazzjoni bħalissa fil-Miżbla tal-Magħtab qed tkompli tmur għall-agħar.
Dan hekk kif fl-aħħar ġimgħat, kienu nnutati munzelli kbar ta’ skart mormija f’żoni ‘l barra mill-Miżbla. Dan b’sinjal ċar li s-sistema qed tfalli għax mhux tlaħħaq mal-ammont ta’ skart li qed jinġabar regolarment.
Is-sitwazzjoni hi aktar inkwetanti meta ta’ kuljum, il-familji qed jaraw li jsegwu l-proċeduri ta’ separazzjoni tal-iskart. Iżda fil-verità, l-iskart miġbur qed jispiċċa jintrema f’żoni differenti tal-Miżbla.
Dan kollu f’sitwazzjoni fejn ir-residenti ma jistgħux jissaportu aktar l-irwejjaħ qawwija li qed jiddominaw iż-żona.
//= $special ?>