L-Italja uffiċjalment f’lockdown – restrizzjonijiet kbar għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Deċiżjoni mhux facli; hekk kienet imfissra mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte illi lbieraħ ħabbar li l-pajjiż kollu issa huwa ‘zona hamra’.
L-unika eċċezzjoni qed issir fil-perijodu tal-Milied meta żewġ adulti se jkunu permessi li jiċċaqalqu f’dar ohra li mhix ir-residenza tagħhom – u allura dan se jippermetti b’mod limitat iż-żjarat għand il-ġenituri jew in-nanniet. Dan il-moviment ta’ nies se jitħalla jsir darba f’ġurnata, u sal-10pm.
Ilbieraħ biss fl-Italja kien hemm mas-700 vittma kagun tal-pandemija. U l-kazi godda ammontaw ghal 18,000.
Fi żviluppi oħra, anke fl-Awstralja jezisti thassib kbir minħabba li n-numri regghu bdew jiżdiedu. Fil-fatt, l-awtoritajiet qed jagħmlu minn kollox biex jiggieldu din l-imxija ġdida – aħbarijiet li qed johorgu fl-istess waqt li fuq in-naha l-ohra tal-globu, fl-Amerika, gie approvat l-użu tal-vaċċin tal-kumpanija Moderna għal kontra l-Coronavirus.
U fit-Turkija, 8 persuni li kienu rikoverati fi sptar tal-Covid tilfu ħajjithom wara nirien li ħakmu l-binja. In-nar fit-Taqsima tal-Kura Intensiva żviluppa wara li sploda wieħed mill-ventilators.
//= $special ?>