Juventus kisbu rebħa importanti meta fi Stadio Ennio Tardini għelbu lil Parma 4-0. L-eks tal-partita DEJAN KULUSEVSKI fetaħ l-iskor wara 23 minuta, biex doppjetta ta’ CRISTIANO RONALDO fis-26 u fit-48 minuta u gowl ta’ ALVARO MORATA taw rebħa lit-tim imexxi minn Andrea Pirlo.
Fi Stadio Artemio Franchi, Fiorentina u Verona temmew fi draw ta’ 1-1 b’żewġ penalties fl-ewwel taqsima jiddeċiedu l-konfront. L-ewwel kienu Verona li fetħu l-iskor wara tmien minuti, meta Barreca waqqa’ lil Salcedo fil-kaxxa, biex minn ħdax –il metru MIGUEL VELOSO ma żbaljax. Fiorentina ngħataw peanlty għaxar minuti wara meta din id-darba kien Guenter li waqqa’ lil Vlahovic fil-kaxxa, bl-istess VLAHOVIC ma jiżbaljax il-penalty tiegħu biex b’hekk ġab l-iskor 1-1.
Sampdoria kisbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Crotone. Kien MIKKEL DAMSGAARD li tefa’ lil Sampdoria fil-vantaġġ wara 26 minuta biex JAKUB JANKTO rdoppja għaxar minuti wara. Crotone daħlu fil-partita ftit qabel il-mistrieħ permezz ta’ penalty ta’ SIMY, biex FABIO QUAGLIARELLA aċċerta mit-tliet punti għal ‘Viola’ fil-65 minuta.
SERIE A
Illum: Fiorentina v Verona 1-1, Sampdoria v Crotone 3-1, Parma v Juventus 0-4 Għada: Torino v Bologna 12.30pm, Benevento v Genoa 3.00pm, Cagliari v Udinese 3.00pm, Inter v Spezia 3.00pm, Sassuolo v Milan 3.00pm, Atalanta v Roma 6.00pm, Lazio v Napoli 8.45pm