Lokali

Ktieb li jiġbor xogħolijiet artistiċi u ritratti fil-protesti

L-għaqdiet Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com ippubblikaw ktieb li jiġbor fih xogħlijiet artistiċi li kienu parti minn installazzjoni artistika fi Pjazza l-Assedju l-Kbir tal-Belt Valletta waqt it-tifkira tat-tielet anniversarju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-ktieb, ‘JUSTICE FOR DAPHNE IS JUSTICE FOR YOUR RIGHT TO KNOW’ hu pubblikazzjoni ta’ Midsea Books, jiġbor fih xogħlijiet ta’ pitturi, fotografi, poeti u karikaturisti li rrakkontaw lil Daphne Caruana Galizia f’ħajjitha, fil-qtil tagħha u fix-xitel li nibet fl-irmied tal-assassinju tagħha.

Il-ktieb jinkludi xogħlijiet ta’  Robert Agius, Marisa Attard, Steve Bonello, Jon Borg, Rosa Borg, Celia Borg Cardona, Paul Borg Olivier, Burlò, Debbie Caruana Dingli, Paul Ellul, Cédric Falzon, Joe ‘Spider’ Farrugia, Gattaldo, Ġorġ Mallia, Immanuel Mifsud, Pepito, Pippa Zammit Cutajar, Darrin Zammit Lupi, and Zigli Jonathan Borg. Id-diżinn huwa ta’ Ġorġ Mallia.  

Il-kollezzjoni artistika hi akkurata minn Alessandra Dee Crespo, attivista ta’ #occupyjustice u President-Elett ta’ Repubblika.