Alla hu dejjem preżenti, u anki n-nies li jiċħdu l-eżistenza tiegħu u huma fost l-iktar materjalisti, mingħajr ma jafu, ikunu qed ifittxuh. Sostna dan il-Kardinal Mario Grech waqt intervista fuq il-programm Xtra.
Il-Kardinal Mario Grech, li hu wkoll is-Segretarju tas-Sinodu, tkellem ukoll dwar ix-xewqa tal-Papa Franġisku li jkun hemm iktar parteċipazzjoni tal-lajċi, tant li s-Sinodu ma jibqax is-Sinodu tal-Isqfijiet iżda ssir Kinsja Sinodali.
Tkellem ukoll dwar Knisja, li għandha tkun xhieda tal-vanġelu tal-ferħ. Kif ukoll dwar il-ħtieġa ta’ riflessjoni interna u l-familja, li hi parti integrali mill-ġid komuni tan-nazzjon.
L-Isqof Emeritu ta’ Għawdex inħatar Kardinal f’ċerimonja fil-Vatikan fit-28 ta’ Novembru li għadda. Hu it-tielet Kardinal mill-Gżejjer Maltin u l-Ewwel Kardinal minn Għawdex.
//= $special ?>