Mosta………………3
Żejtun C……………0
Mosta: C. Mafoumbi, C. Ememe, J. Bezzina, C. Failla (D. Debono 86’), G. Sciberras (D. Bonnici 78’), T. Farrugia, M, Muchardi, R. Morisco, Z. Brincat (K. Tulimieri 33’), B. Kaljevic 86’), J. Ekani
Żejtun: C. Cassar, D. Albanese, L. Moreira, A. Carabott (J. Suda 60’), K. Reid, M. Muniz, C. Grech, V. Viera, N. Tabone, R. De Fex, A. De Barros (D. Agius 71’)
Referee: G. Tonna
Asisstenti referees: E. Spiteri, D. Spencer
Mosta rritornaw għar-rebħ meta fis-Centenary Stadium għelbu lil Żejtun Corinthians 3-0 u b’hekk issa telgħu fir-raba’ post tal-klassifika bi 22 punt. Mosta fetħu l-iskor biss wara żewġ minuti mete Moreira waqqa’ lil Ememe fil-kaxxa bir-referee Glen Tonna jordna penalty. Minn ħdax-il metru CLAYTON FAILLA ma żbaljax. Żejtun irrispondew u mal-kwart logħob ix-xutt ta’ Muniz għadda ftit għoli mil-lasti ta’ Mafoumbi.
Mosta komplew jiddominaw u fit-tieni taqsima ħarġu fuq l-offensiva tant li għamluhom 2-0 mas-siegħa logħob meta BOJAN KALJEVIC ikkonkluda fuq pass tajjeb ta’ Muchardi. Żejtun resqu viċin li jnaqqsu l-iskor fil-75 minuta meta s-sostitut Dylan Agius qabeż żewġ difensuri fil-kaxxa bix-xutt tiegħu jkun salvat tajjeb minn Mafoumbi. Mosta aċċertaw mit-tliet punti fil-81 minuta meta minn azzjoni personali kien, CHRIST EMEME li kkonkluda għal 3-0.
//= $special ?>