Lokali

Raġel iweġġa’ f’inċident bil-mutur

Raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ wara li kien involut f’inċident bil-mutur. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30a.m. tas-Sibt filgħodu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Skont l-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li r-raġel kien qed isuq il-mutur tat-tip Honda NC750 meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.