Fl-aħħar ħin ġie mħabbar li tliet persuni oħra tilfu ħajjithom b’kawża tal-Covid-19. B’hekk it-total ta’ vittmi li tilfu ħajjithom b’kaġun tal-Covid huwa dak ta’ 190.
Fl-ewwel każ mara ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ raġel ta’ 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru, miet lbieraħ fil-Good Samaritan Long-Term Care Facility.
Fit-tielet każ mara ta’ 87 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>