Lokali

Atmosfera mill-isbaħ fil-Għargħur

Din is-sena, il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika San Bartilmew fil-Għargħur ħaseb biex minkejja ċ-ċirkustanzi preżenti xorta waħda jagħti sehem sabiex ikun hemm atmosfera mill-isbaħ f’daż-żmien tas-sena.

Għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Kumitat rama l-faċċata tal-Każin tal-Banda permezz ta’ sistema kompjuterizzata mħallta b’dawl u b’diski tal-Milied.

Il-ħinijiet sabiex il-pubbliku jkun jista’ jara din il-faċċata huma kuljum bejn is-19.00 u s-19.30 u l-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd terġa’ ssir bejn it-20.30 u d-21.00.