Lokali

BT Commercial premjata bħala l-kumpanija tas-sena li tagħti każ l-interessi tal-konsumatur

Il-Malta Best-in Business Awards organizzati minn Dynamic Events irrikonoxxew il-ħidma u ppremjaw lill-BT Commercial Ltd. bil-premju ‘Best Customer Focus Company’. Dawn huma l-uniċi awards tan-negozju li huma ġġudikati minn panel ta’ professjonisti indipendenti li huma fost l-ewlenin fix-xena tan-negozju.

Kumpanija Lokali bi 30 sena ta’ esperjenza fin-Negozju

BT Commercial bdiet in-negozju f’garaxx aktar minn tletin sena ilu u għadha mmexxija mill-fundaturi Oliver Brownrigg u martu Graziella. In-negozju kiber fi Grupp ta’ Kumpaniji b’turnover ta’ miljuni ta’ ewro fis-sena. Saħansitra llum, il-kumpanija għandha klijentela internazzjonali.

Fost l-aħjar f’sistemi ta’ arja kundizzjonata industrijali f’Malta

BT Commercial Ltd. Hija l-aqwa fejn tidħol l-arja kundizzjonata u qed tikber fl-esportazzjoni tal-prodotti tagħha. BT Commercial Ltd. hi assoċjata ma ditta globali rinomati fis-settur tal-ventilazzjoni, u prodotti li jagħtu arja sħuna, kif ukoll soluzzjonijet favur l-ambjent bħal GREE, Aleo u Bosch. BT Groups huwa involut ukoll fl-industrija tar-refriġerazzjoni permezz ta’ kumpanija sussidjarja Refpro Refrigeration Ltd.

BT Group u BT Commercial Ltd. huma kommessi li joffru kwalità, integrita u professjonalità u jemmnu li din hi r-raġuni għas-suċċessi. L-impenn tagħhom huwa ta’ benefiċċju għall-klijenti, suppliers u anke sħab tan-negozju. Illum din il-kumpanija tħaddem mas-sebgħin ħaddiem u għandha mal-200 subcontractor.

Investiment ta’ €16-il miljun f’binja ġdida fl-Imrieħel

It-tkabbir ta’ BT Group u l-miri strateġiċi wasslu lil bord tad-diretturi biex iniedu investiment ta’ €16-il miljun f’binja ġdida, The Watercourse, fl-Imrieħel. Il-binja l-ġdida, kisbet l-għan prinċipali li tassigura servizz aqwa għall-konsumatur. The Watercourse, tipprovdi ukoll ambjent ideali u komdu lil-impjegati, u għalhekk tiġġustifika l-logo tal-Kumpanija ‘Life Worth Living’.

Id-deċiżjoni strateġika tal-grupp li jinvesti b’mod estensiv f’binja ġdida, li fiha tilqa’ l-ħidma kollha tal-grupp hija intiża ukoll li twessa’ l-għażla ta’ prodotti li toffri u għalhekk l-klijent ikollu servizz aħjar. Is-servizz estensiv ta’ ħażna issa jipprovdu l-kapaċità li jinzamm livelli ta’ stock li dejjem jissodisfa t-talbiet u l-aspettativa tal-klijenti.

Taħriġ u żvilupp kontinwu – element ewlieni li jtejjeb is-servizz u s-sodisfazzjon tal-konsumatur

BT jirnexxielha żżomm b’mod regolari t-taħriġ għal-impjegati tagħha, bl-iskop li żżomm lill-klijent fiċ-ċentru tal-operat. It-taħriġ isir biex jassigura li n-nies tekniċi jkollhom il-ħiliet neċessarji u l-għarfien teknoloġiku dwar sistemi li dejjem jevolvu.

Iktar minn hekk, isiri investiment f’taħriġ f’dawk li huma ‘softskills’ biex jassigura sodisfazzjon ħolistiku lill-konsumatur.

Il-Kumpanija fil-preżent għandha programm ta’ reklutaġġ biex tilqa’ għaż-żieda fin-negozju u biex tattira individwi ambizzjużi u ta’ talent li jridu jkunu parti minn tim rebbieħ u toffri karriera ta’ sodisfazzjon ma Grupp li rreġistra riżultati impressjonanti ta’ tkabbir matul is-snin.

Id-diretturi jsostnu li l-iktar importanti għall-grupp hu ‘li jibqa’ jkollna strateġija ffukat fuq il-klijent. L-għan tagħna hu mhux biss li nilhqu l-aspettativa tal-klijent imma neċċedu din l-aspettazzjoni.’

Photo Credit: © Dynamic events