Il-lista ta’ pajjiżi Ewropej li daħlu restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mir-Renju Unit qed tikompli tiżdied, iżda s’issa pajjiżna għadu ma ħa ebda azzjoni f’dan ir-rigward.
Dawn ir-restrizzjonijiet qegħdin jittieħdu minn bosta pajjiżi wara li varjant tal-Covid-19 qed jinxtered bla kontroll fir-Renju Unit.
Diversi nies li tkellmu ma’ dan is-sit stqarrew li kienu qed jistennew komunikat uffiċjali mill- awtoritajiet tas-saħħa ta’ pajjjiżna…. iżda s’issa… skiet totali.
Il-Prim Ministru Ingliż mistenni jkollu laqgħa għada filgħodu sabiex jindirizza l-aħħar żviluppi relatati mat-titjiriet internazzjonali.
Fl-aħħar ħinijiet Franza u l-Irlanda bdew jimponu restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn ir-Renju Unit. Ma’ dawn ingħaqdu diversi pajjiżi oħra fosthom l-Italja, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Olanda, il-Bulgarija, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u t-Turkija.
Uffiċjali ewlenin tas-saħħa qalu li ma kien hemm ebda evidenza li l-varjant il-ġdid huwa aktar fatali, jew jirreaġixxi b’mod differenti għat-tilqim, iżda dan il-varjant jidher li jinxtered iktar malajr.
//= $special ?>