L-Istat ta’ New South Wales fl-Awstralja ħabbar restrizzjonijiet ġodda għaz-zona ta’ Greater Sydney bil-għan li jwaqqaf firxa ġdida (li qed tiżviluppa) tal-Covid-19.
Għalissa ma jistgħux jiltaqgħu aktar minn għaxar membri ta’ familja f’dar waħda , bir-residenti lokali qed ikunu mwissija biex jibqgħu f’darhom.
Il-każi ġodda tal-Covid-19 instabu fl-inħawi tan-Northern Beaches ta’ Sydney fejn qed ikun impost lockdown ta’ ħamest ijiem.
Ir-residenti ta’ Sydney bħalissa qed jitilqu mill-belt qabel il-Milied, fost rapporti li ‘eluf ivvjaġġaw’ lejn l-Istat ta’ Victoria li, issa, qed jaħseb biex jagħlaq il-fruntieri għar-residenti ta’ Greater Sydney u s-Central Coast ta’ New South Wales.
//= $special ?>