Lokali

Il-Qriema rrabjati għall-arroganza tal-Gvern Laburista

Ritratt: Joseph Galea

Bdiewa u residenti Qriema qed jopponu dawk li qed isejħu bħala pjanijiet sigrieti mħejjija minn Infrastructure Malta biex tinbena flyover. Dan kollu għad-detriment tal-għajxien tagħhom u art agrikola deskritta bħala waħda mill-ftit meded ta’ art li jservu bħala pulmun għal Ħal Qormi.

Fl-aħħar ħin tkellem ukoll is-Sindku tal-lokalità permezz ta’ post fuq Facebook.

Dan huwa każ ieħor ta’ proġett tal-Gvern Laburista li tħejja mingħajr ebda konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u mar-residenti tal-lokal. Dan il-fattur ħoloq rabja kbira fost ir-residenti.