L-ibburdjar u s-sewqan huma temi ewlenin fid-disa’ programm SPORT EXTRA fuq NetTelevision mill-4.00 pm ‘ l quddiem.
Fl-ewwel parti l-mistieden ewlieni huwa JEAN PAUL FLERI SOLER, il-moħħ wara l-Malta Young Sailors Club b’riferenza wkoll għal progress li baħħara żgħażagħ wettqu fl-aħħar xhur u l-mod kif is-suċċessi ta’ Richard Schultheis għenu wkoll sabiex l-isport kompla jiżviluppa.
Fit-tieni parti tal-programm tkompli s-serje ta’ intervisti ma’ presidenti li dan l-aħħar ġew eletti fi ħdan il-federazzjoni rispettiva. Il-president mistieden fid-disa’ programm huwa DUNCAN MICALLEF li fil-ġimgħat li għaddew kien elett bħala President tal-Malta Motorsports Association. Miegħu kien diskuss mhux biss il-mod kif l-isport tas-sewqan jista’ jiżviluppa iżda wkoll dwar il-fatt li xi darba f’Malta jkun hawn track tas-sewqan ta’ livell internazzjonali.SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia u Joe Sultana.
//= $special ?>