Lokali

Skiet totali minn Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela għażel li ma jlissen l-ebda kelma dwar l-aħħar rapporti li qed jindikaw li Rosianne Cutajar kienet għamlitha ta’ sensara għal Yorgen Fenech ….meta kien diġà magħruf li hu kien s-sid ta’ 17 Black.

Infatti l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija qal li bis-skiet tiegħu Robert Abela qed ikompli jikkonferma li għalih kollox jgħaddi, u li din hi l-impunità li ilha tirrenja fil-Gvern Laburista u li kompliet taħt it tmexxija tiegħu. Fuq waħda Robert Abela żamm kelmtu, dik li jkun hemm kontinwità bejn it-tmexxija ta’ Joseph Muscat u t-tmexxija tiegħu.

Intant Robert Abela għażel biss li jirrepeti l-istess frażijiet li issa sar popolari għalihom, fejn saħaq li qed inżommu ritmu normali.

“Kemm jien kuntent li ninsab Għawdex… u tara n-nies għaddejjin bir-ritmu normali tal-ħajja”

“Kburi li żammejna l-pajjiż protett minn kull angolu”

Sal-Ħadd, kagun tal-imxija, f’pajjiżna tilfu ħajjithom 190 persuna. Iżda Abela xorta baqa’ jinsisti li żamm kollox taħt kontroll.

Li ma qalx il-Prim Ministru, li fl-aħħar xhur wassal messaġġi konfliġenti fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Intant, Robert Abela akkuża lil ħaddiehor li qed jagħmel ħsara lill-inkjesta pubblika dwar assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia….  u stqarr li ħadd m’għandu jtellef dan il-proċess.

“Jiddispjaċini nara lil min b’mod ċar li qed jippruvaw jattakkaw l-inkjesta pubblika….”

… dan meta kien il-Gvern Laburista li ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Bord li qed imexxi l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia meta l-istess Bord ħareġ digriet biex l-inkjesta għalissa ma tagħlaqx. B’Robert Abela jgħid li ta’ dan kollu…il-Bord irid iġorr ir-responsabbiltà.