Lokali

Talba għall-għajnuna wara li nħarqet darhom

Fl-aħħar sigħat bdiet issir talba għall-għajnuna għal omm u ħames uliedha wara li darhom inħarqitilhom tant li l-post ġie kollox irmied.

L-inċident seħħ it-Tlieta f’residenza fil-Ħamrun fejn wara dakinhar kien hemm ħafna persuni li taw b’donazzjoni xi ħwejjeġ. Iżda issa t-talba qed tibqa’ biex min jista’ jgħin, jagħti b’donazzjoni affarijiet tad-dar biex bilmod il-mod terġa’ tibda tibni darha.

Wieħed jista’ jgħin billi jidħol f’din il-link u jsegwi l-istruzzjonijiet minn hemmhekk:

https://gogetfunding.com/hamrun-house-fire/