L-awards annwali tal-MWA saru fi tmiem din il-ġimgħa b’differenza. Minħabba l-pandemija, l-awards saru ġewwa l-gym nazzjonali wara t-taħriġ tat-tim nazzjonali u kienu miftuħin biss għall-atleti.
Tenishia Thornton rċieviet l-iktar award prestiġġjuż tal-ġurnata, l-‘Diamond Award’ għal pożizzjoni għolja tagħha fil-klassifika tal-MWA tal-2020, fejn kisbet skor ta’ 110.82%. Hi daħlet fl-istorja ta’ Malta wara li saret l-ewwel atleta li rebħet medalji f’kompetizzjonijiet mondjali, wara li ħadet medalja tal-fidda fis-snatch u medalja tal-bronż fit-Tazza tad-Dinja onlajn taż-żagħżagħ. Hi rċiviet ukoll ‘Most Achievement Award’ wara li rreġistrat 175 rekords din is-sena fl-u-15, u-17, u-20, u-23 u l-kategorija tal-kbar.
Thornton ingħatat ukoll il-‘Most Improved Award’ għan-nisa b’35.5 punti. Rylee Borg rebaħ tal-irġiel b’45.2 punti.
Kim Camilleri Lagana rebaħ is-‘Silver Ranking Award’ b’riżultat ta’ 84.6% u Yazmin Zammit Stevens b’80.51%, filwaqt li Rylee Borg ħa l-‘Bronze Ranking Award’ b’77.91%.
Il-‘Most Improved new-comer female’ award ingħata lil Julia Grima ta’ għaxar snin, li kisbet titjib kbir mis-sena l-oħra wara żieda ta’ 61 punt. L-award tal-irġiel intrebaħ minn Luke Treeby Ward wara li rreġistra titjib ta’ 73 punt mis-sena ta’ qabel.
Il-‘Most Promising’ Award ħadietu Mariah Buġeja għal titjib kostanti tagħha f’dawn l-aħħar snin.
Inizjattiva li saret għall-ewwel darba din is-sena kienet l-awards għall-atleti żagħżagħ li dieħlin fi grupp ta’ età ġdida. Kim Camilleri Lagana u Aaliyah Gatt ingħataw ċertifikat għal bosta kisbiet tagħhom fl-u13 hekk kif dieħlin mal-u15. Iċ-ċertifikati għal Thornton u Buġeja wera’ l-kisbiet tagħhom fl-u15 hekk kif dieħlin mal-u17.
Il-MWA jirringrazzjaw lil SportMalta u MOC għall-għajnuna kontinwa tagħhom matul is-sena minkejja l-ħafna diffikultajiet tagħha.
//= $special ?>