Il-weightlifter żgħażugħa Tenishia Thronton rebħet it-tieni Atlas Atleta tax-Xahar fi ftit xhur meta rebħet dan l-unur għax-xahar ta’ Novembru.
Matul ix-xahar li għadda, Thornton kompliet tikteb l-istorja fil-weightlifting ta’ pajjiżna hekk kif saret l-ewwel atleta Maltija li rebħet midalja f’avveniment IWF.
Thornton ikkompetiet fil-kategorija tad-49kg fejn fejn kisbet il-midalja tal-fidda wara li rnexxiela terfa’ 71kg u kisbet il-midalja tal-bronze overall wara li rnexxiela terfa’ 84kg fil-clean and jerk.
Din il-kompetizzjoni nżammet onlajn minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-coronavirus. Dan kien il-ħdax –il unur preżentat lil atleti żgħażagħ Maltin b’inizjattive bejn Atlas Insurance u l-Għaqda Ġurnalisit Sports.
//= $special ?>