Chris Cassar
PEMBROKE A. ………………………….. 4
ŻEBBUĠ R. ……………………………….. 1
Pembroke A: P. Schranz, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, J. Ogunnupe, M. Zarb, A. Abdeen, T. Fenech, N. Grech, M.A. Borg, J. Etim.
Żebbuġ R: M. Grech, K. Vella, S. Bugeja, J. Micallef, T. Bartolo, J. Silveira Da Silva, C. Gauci, G. Azzopardi, K. Bondin, S. Miloskovic, G. Gesualdi.
Referee: Daniel Casha
Pembroke kisbu rebħa oħra, din id-darba kontra Żebbuġ biex komplew bil-mixja tagħhom fil-quċċata tal-klassifika, erbat ijiem qabel il-konfront dirett kontra Marsa. Pembroke iddominaw fl-ewwel taqsima bnew vantaġġ doppju, iżda Żebbuġ wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima u ċedew biss kwarta mit-tmiem wara li sofrew it-tielet gowl.
Fl-ewwel taqsima kienu Pembroke li ddettaw il-logħob u wara diversi tentattivi fetħu l-iskor fit-23 minuta. Kienet azzjoni veloċi mibdija minn Etim li ħalla l-ballun lil Ogunnupe li daħal tajjeb fil-kaxxa u qassam lejn Abdul Abdeen li minn żewġ passi bogħod kompla l-ballun għal ġewwa.
Żewġ minuti wara Pembroke rduppjaw meta minn azzjoni ta’ korner kien Kyle Frendo li b’daqqa ta’ ras mill-viċin xeħet fix-xibka. Żebbuġ kellhom opportunita’ li jidħlu mill-ġdid fil-logħba tliet minuti wara b’azzjoni ta’ Clive Gauci li daħal tajjeb fil-kaxxa dar tajjeb ma’ difensur iżda l-konklużjoni tiegħu kienet wisq fjakka u ċentrali u Schranz dawwar għal korner.
Kif bdiet it-tieni taqsima Żebbuġ naqqsu l-iskor meta s-sostitut Mijic xeħet ballun fil-baxx u John Micallef mill-viċin spara fix-xibka. Wara dan il-gowl il-logħba saret divertenti bit-tim ta’ Żebbuġ jagħfas biex jikseb il-gowl tad-draw, u bit-tim ta’ Pembroke ifalli xi ċansijiet f’azzjonijiet ta’ kontrattakk.
Dan sakemm fil-75 minuta kien is-sostitut Joao Pedro li għalaq il-logħba bit-tielet gowl ta’ Pembroke b’xutt sabiħ fil-baxx minn tarf il-kaxxa. Fil-ħin miżjud kien is-sostitut Aquilina li kompla għamel ir-rebħa ikbar meta skorja r-raba’ gowl ta’ Pembroke.
//= $special ?>