Chris Cassar
NAXXAR L. ………………………. 5
ST. GEORGE’S ………………….. 1
Naxxar L: O. Borg, A. Azzopardi, M. Fenech, M. Mifsud, E. Farias, E. Ferreira, A. Azzopardi, R. Cassar, F. Zuniga, S. Meilak, N. Borg.
St.George’s: M. Bartolo, M. Caruana, J. Briffa, L. Bonett, D. Caruana, B. Gomes Dos Reis, L. Agius, D. Serna, R. Tanti, O. Magro, C. Ekah.
Referee: Darryl Agius
Naxxar kisbu rebħa kbira kontra St. George’s li għadhom ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom u issa huma kważi kundannati. Naxxar għalqu l-logħba fl-ewwel taqsima bi tliet gowls, iżda s-Saints wettqu reazzjoni fil-bidu tat-tieni taqsima, bin-Naxxarin jagħlqu l-logħba bir-raba’ gowl għaxar minuti mit-tmiem. Għal-Lions spikka Erikys Ferreira Siva li skorja tlieta mill-erba’ gowls tar-rebbieħa.
Naxxar Lions iddominaw għal kollox l-ewwel taqsima u sa tmiem l-ewwel parti kienu diġa’ aċċertaw mit-tliet punti meta bnew vantaġġ ta’ tliet gowls. Sa mill-ewwel minuti Naxxar xeħtu kollox fl-attakk u kien evidenti li d-difiża Bormliża hi f’diffikulta.
Wara għaxar minuti u wara diversi tentattivi Naxxar fetħu l-iskor meta Erikys Ferreira skorja direttament minn freekick. Sitt minuti wara Naxxar għamluhom tnejn meta Edson Farias skorja t-tieni gowl bi ġmiel ta’ xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa.
Is-Saints qatt ma wettqu reazzjoni u Naxxar skorjaw it-tielet gowl seba’ minuti qabel l-intervall meta minn kross ta’ Meilak kien Erikys Ferreira li għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Bartolo.
Fit-tieni taqsima St. George’s ħarġu ferm aħjar u iktar determinati u fit-62 minuta Gomes Dos Reis naqqas l-iskor b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa. Is-Saints komplew jattakkaw u tliet minuti wara Dylan Caruana kien sfortunat meta x-xutt tiegħu ħabat mal-lasta.
Is-Saints baqgħu jinsistu iżda ma reġgħux kienu perikolużi u Naxxar għalqu l-logħba fit-80 minuta permezz ta’ Erikys Ferreira li għaqqad il-hat trick b’xutt fil-baxx li ħabat ma’ sieq il-lasta qabel spiċċa fix-xibka. Fit-92 minuta wara azzjoni twila fil-kaxxa Bormliża, kien Mark Fenech li għeleb lil Bartolo b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>