Il-Kristjani Palestinjani qed iħejju l-programmi taċ-ċelebrazzjonijiet għall-Milied f’Betlem, minkejja spinta ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19 fix-Xatt tal-Punent.
Il-Quddiesa ta’ Lejliet il-Milied fil-Knisja tan-Natività se ssir ukoll iżda mingħajr ‘is-soltu massa ta’ devoti’.
Għalkemm il-provi għall-baned tal-iscouts li jmexxu l-purċissjonijiet f’Betlem waqt dawn il-festi kellhom jitħarbtu mill-effetti tal-coronavirus, l-istess scouts, huma determinati xorta waħda li, din is-sena, iwasslu ‘il-messaġġ ta’ ferħ u tama’ fil-belt qaddisa
//= $special ?>