Lokali

Żagħżugħ ta’ 18-il sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ erba’ sulari

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li weġġgħet
persuna fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta, li f’binja abbandunata, allegatament, Olandiż ta’ 18-il sena waqa’ erba’ sulari.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku ħarġu l-vittma mill-binja, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.