Lokali

Bernard u AnneMarie Grech b’ringrazzjament speċjali lill-ħaddiema fi tmiem sena ta’ ħidma

Il-ħaddiema ta’ Media.Link Communications huma importanti għalija għax nemmen li huma dawk li jmexxu l-mutur li jwassal il-messaġġ tal-Partit lill-poplu tagħna.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista matul żjara lill-ħaddiema tal-kumpaniji kummerċjali tal-Partit fl-eqqel ta’ żmien il-festi u ftit jiem biss qabel il-bidu ta’ sena ġdida.

Akkumpanjat minn martu AnneMarie, Bernard Grech wassal ukoll messaġġ ta’ awgurju lill-ħaddiema, li fi kliemu se jaffrontaw sena ġdida li matulha, il-kumpanija mhux talli ma tagħlaqx, talli se tkompli tissaħħaħ.

Fi tmiem iż-żjara f’kull Dipartiment, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ppreżenta rigal żgħir lil kull impjegat, b’apprezzament għall-ħidma tagħhom, partikolarment iffaċċjati mill-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus.

Il-ħaddiema, min-naħa tagħhom, ippreżentaw rigal lil Bernard Grech, li għalih hu l-ewwel Milied bħala Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista.