Internazzjonali

Biża’ ta’ skarsezza t’ikel fir-Renju Unit hekk kif il-pajjiżi qed jagħlqu l-fruntieri

Sa issa pajjiżna għadu qed jaċċetta titjirier mir-Renju Unit

Il-Prim Mnistru Ingliż Boris Johnson jinsab f’taħditiet urġenti biex jipprova jevita skarsezza ta’ ikel fir-Renju Unit wara li Franza waqqfet it-trasport ta’ merkanzija lejn il-pajjiż.

Fil-laqgħa, msejħa Cobra, Ministri u uffiċjali oħra f’Whitehall jinsabu mħassba li ikel impurtat jista’ jispiċċa fi żmien gimgħatejn bl-Ingliżi jispiċċaw mingħajr bizzejjed provvisti ta’ ikel fil-jiem li ġejjin.

Din is-sitwazzjoni hi riżultat ta’ azzjoni ta’ bosta pajjiżi fil-kofnront tar-Renju Unit fejn il-virus tal-Covid-19  żviluppa f’varjant aktar jittieħed. Ħafna huma l-pajjiżi li diġa għalqu l-fruntieri mal-Ingilterra, u oħrajn se jkunu qed jagħmlu dan fil-ħin li ġej.

Pajjiżna sa issa għadu qed jaċċetta titjiriet mill-gżejjer Brittanniċi, b’erba titjiriert mistennija jidħlu dalgħodu.