Huma 4 l-vittmi tal-Covid-19 li tħabbru fl-aħħar 24 siegħa sabiex il-vittmi tal-pandemija f’pajjiżna issa żdiedu għal 194.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li l-aħħar vittmi huma 3 irġiel u mara.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 72 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, miet il-Ħadd fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet il-Ħadd fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 72 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet il-Ħadd fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fl-14 ta’ Diċembru, miet il-Ħadd fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>