L-Imħallef Abigail Lofaro stqarret li mhux se tkun qed tirrekuża ruħha mill-inkjesta fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u talbet dikjarazzjoni ta’ fiduċja fiha. Sa ssa il-Gvern għadu ma rreaġixxiex għal din id-dikjarazzjoni, wara digriet li ħarġet l-Imħallef dalgħodu.
Abigail Lofaro fid-digriet tagħha qalet li ma tħossx li għandha tirrekuża ruħha wara dak li ħareġ fil-media lbieraħ u talbet lill-Istat u lill-familja jiddikkjaraw jekk għandhomx fiduċja fiha.
Il-familja Caruana Galizia immedjatament stqarret il-fiduċja sħiħa tagħha fl-Imħallef, kif għamlu wkoll iż-żewġ membri l-oħra tal-Bord, l-Imħallfin irtirati Michael Mallia u Joseph Said Pullicino.
Issa jonqos biss lill-Gvern li jiddikkjara jekk għadx għandu fiduċja fl-Imħallef Lofaro biex tkompli b’xogħlha fuq dan il-Bord li ħatar hu stess.
//= $special ?>